Lokali Parlament

Il-Gvern irid jassigura li s-setturi kollha jkunu mgħejjuna

– Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-Gvern għandu jassigura li f’dan il-mument is-setturi kollha jkunu mgħejjun.

Fil-parlament Mario de Marco qal li l-pajjiż irid jirreaġixxi b’għaqal, b’urġenza u b’lealtà lejn i-pajjiż u qal li l-gver dgħajjef l-infrastrtturra medika tal-pajjiż wara li l-Gvern għamel l-aktar ftehim maħmuġ. Hu qal li ma kienx hemm għaqal fil-bejgħ tal-isptarijiet u kompla li l-Gvern qed jitratta dawn iż-żminijiet bi tkaxkir tas-saqajn.

Il-Gvern ħabbar it-tielet pakket ta’ miżuri fi 11-il ġurnata wara li l-Prim Ministru u ministri oħra kienu qalu kemm il-Gvern mexa bil-għaqal fl-aħħar seba’ snin. Il-Prim Ministru kien qal li n-negozji jridu jerfgħu parti għaliex għamlu qligħ fl-aħħar snin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-€175 miljunu mgħotija kienu ftit wisq u kienu se jwasslu għat-telf tax-xogħol. Dawn il-miżuri ġabu kundanna nazzjonali mis-settur kollha u kienu se jġibu qgħad kbir waqt li l-GDP jinżel.

Dak kien budget minimu fejn il-Gvern għamel l-inqas. Il-Gvern ikkritika lill-Oppożizzjoni iżda issa l-Gvern spiċċa jaddotta l-miżuri li pproponiet l-Oppożizzjoni. Illum l-Oppożizzjoni kellha raġun iżda l-Gvern kompla jwebbes rasu u ħalla lill-Oppożizzjoni barra mid-diskussjonijiet.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern qed jaħseb biss f’50,000 ħaddiem u kompla li fadal ħafna s’isir biex il-pajjiż ikun fl-aqwa pożizzjoni biex Malta tkun tista’ tikkompeti meta tgħaddi l-kriżi.

Jeħtieġ iktar appoġġ lill-banek, għandha tkun indrizzata l-problema tal-kirjiet waqt li l-Gvern jirrikonoxxi li hawn iktar setturi li qed jintlaqtu minn din il-kriżi.

Mario de Marco semma’ l-proposti li qed tagħmel l-Oppożizzjoni u qal li l-Gvern se jkollu tnaqqis fid-dħul tiegħu iżda dawn iż-żminijiet jirrikjedu miżuri straordinarji.