Lokali Parlament

Il-Gvern mhux lest jgħin lill-familji kollha Maltin kif għin lill-Electrogas

– David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li l-Gvern mhux lest jgħin lill-familji kollha Maltin kif għin lill-Electrogas

F’diskors fil-parlament David Thake qal l-pakkett finanzjaru tal-Gvern qasam lill-pajjiż fi tliet kategoriji fejn hemm min ma jieħu xejn u oħrajn se jieħdu ftit. Is-servzzi finanzjarji, il-media, il-gaming u l-ICT ma ħadu assolutament xejn meta dawn huma pilastri tas-sistema finanzjarja tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern riid jgħin lill-familji b’mod iktar wiesa’ billi jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma; illum prezz niżel għal 23 dollaru u se jinżel għal 10 dollari kull barmil. Il-ftehim tal-Electrogas qed jiswa 1.8 biljun dollaru iktar fuq 18-il sena.

Il-Prim Ministru kien partiġġjan meta wieġeb dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Hu staqsa x’dejn kellu qabel l-2013 il-PL u x’dejn għandu issa.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jinsisti biex jingħataw lura l-€5,000 li kien hemm min kien se jieħu kuljum.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-ftehim ma’ Steward u appella biex isiru l-interventi mal-banek għax il-familji għandhom inċertezzi kbar. Il-Gvern għin lill-Electrogas mill-ewwel iżda mhux jgħin biżżejjed lill-familji Maltin.