Coronavirus Futbol Sport

Il-kampjonati domestiċi Ewropej xorta għadhom bil-ħsieb li jintemmu sat-30 ta’ Ġunju

Minkejja li fl-aħħar ġranet ħarġet il-konferma li ġew posposti numru ta’ partiti domestiċi u l-posponiment tal-Kampjonati Ewropej għas-sena d-dieħla, ir-rappreżentati tal-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa xorta għadhom jittamaw li dawn jintemmu sat-30 ta’ Ġunju li ġej.

Wara konfernza li saret b’mod onlajn bejn rappreżentanti mill-assoċjazzjoni tal-klabbs Ewropej u rappreżentanti mill-kampjonati domestiċi, żammew mal-ambizzjoni tagħhom li jtemmu l-kampjonati rispettivi tagħhom sat-30 ta’ Ġunju, dan dejjem jekk is-sitwazzjoni titjieb u l-kundizzjonijiet ikunu tajbin biex jintlgħab il-futbol.

F’din il-laqgħa, dawk involuti qasmu bejniethom il-ħsibijiet dwar meta il-coronavirus se jilħaq il-peak fil-pajjiż tagħhom. Id-diskussjonijiet bejn ir-rappreżentanti se jkompli b’mod regolari fil-ġimgħat li ġejjijn.