Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta qalet li qed tilqa’ l-miżuri riveduti mmirati biex jappoġġjaw in-negozji li jintlaqtu l-aktar matul it-tnaqqis ekonomiku relatat mal-COVID-19. Essenzjalment, il-miżuri riveduti jirriflettu l-proposti tal-Kamra, maħsuba biex tissalvagwardja l-interessi tan-negozji mis-setturi kollha, kemm kbar kif ukoll żgħar, u l-impjiegi li jiġġeneraw.
Il-miżuri riveduti qed jintlaqgħu tajjeb fil-kuntest ekonomiku, u kif inhuma l-kwistjonijiet illum. Il-miżuri mħabbra jindirizzaw b’mod xieraq il-ħtiġijiet kirurġiċi urġenti tas-setturi l-aktar milquta, qalet il-Kamra tal-Kummerċ.
Minkejja dan, Il-Kamra se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u żżomm komunikazzjoni mal-Gvern, billi s-sitwazzjoni tista’ possibbilment tiżviluppa aktar fil-jiem li ġejjin.
Il-Kamra hija konxja tal-bżonnijiet potenzjali ta’ 100,000 ħaddiem ieħor fis-settur privat jew li jistgħu jiġu fi bżonn ta’ appoġġ.
Il-Kamra ħabbret li se tkun qed tissorvelja l-prestazzjoni tas-setturi ekonomiċi kollha, partikolarment minħabba l-effetti sekondarji tal-kriżi li tista’ tolqot setturi ġodda hekk kif jgħaddi aktar żmien. Interess partikolari għall-Kamra hija l-manifattura li, f’kull kriżi ekonomika, hija msejħa biex taġixxi bħala pilastru li fuqu tista’ tistrieħ il-bqija tal-ekonomija.
Fl-aħħar jiem, il-Kamra kienet voċifra dwar il-ħtieġa li l-Gvern jirrevedi l-mini-baġit imniedi fit-18 ta’ Marzu, hekk kif dak iż-żmien, dan kien meqjus insuffiċjenti biex isostni n-negozji permezz tat-tnaqqis ekonomiku mistenni.
Ir-riżultati ta’ stħarriġ fost il-membri tagħha, ikkonferma li l-pakkett ta’ stimolu kellu bżonn ikun aktar speċifiku lejn skemi ta’ appoġġ tal-pagi aktar tanġibbli għal min iħaddem f’setturi li jintlaqtu sew, sabiex jiffrankaw b’mod urġenti impjiegi u riżorsi prezzjużi għall-kumpaniji lokali.
Proattivament, Il-Kamra organizzat laqgħa elettronika b’parteċipazzjoni ta’ 25 mexxejja nazzjonali mid-dinja tal-finanzi, l-operazzjonijiet bankarji, il-kummerċ, l-innovazzjoni u sferi oħra li qed jiġu affettwati direttament fil-mument.
Il-laqgħa serviet biex tkun evalwata kreattiva u jingħataw soluzzjonijiet tanġibbli biex jipproteġu l-impjiegi u jindirizzaw l-impass ekonomiku f’Malta. Ir-riżultat ta’ din id-diskussjoni ġie kkomunikat lill-Prim Ministru ftit wara l-konklużjoni tal-laqgħa.
Il-Kamra se tkompli sservi b’mod proattiv lin-negozji membri u l-impjegati tagħhom fis-setturi kollha biex tiżgura li joħorġu minn din is-sitwazzjoni sfortunata bl-inqas ħsara possibbli.
//= $special ?>