Coronavirus Futbol Sport

Inter jiġbru d-donazzjoni ta’ €658,000 permezz ta’ crowdfunding għal sptar f’Milan

(Ritratt: EPA)

Meta l-Italja hija l-għar pajjiż milquta mill-coronavirus, it-tim tas-Serie A, Inter permezz ta’ crowdfunding ġabar is-somma sabiħa ta’ €658,000, bil-fondi jmorru kollha għal sptar f’Milan biex ikompli jiġġieled il-battalja tal-coronavirus.

Ammont sostanzjali minn din iċ-ċifra nġabar mill-partitarji ta’ Inter f’kampanja onlajn bl-isem ta’ #TogetherAsATeam. Iktar kmieni permezz ta’ inizjattiva oħra t-tmexxija ta’ Inter taw donazzjoni ta’ €100,000 lid-Dipartimenti tax-Xjenza u Bijomedika f’Milan u 300,000 maskla u prodotti oħra sanitarji lid-Dipartiment Nazzjonali tal-Protezzjoni Ċivili.