Coronavirus Sport Sport Ieħor

Joshua f’saħħtu minkejja li ltaqa’ mal-Prinċep Charles

(Ritratt: EPA)

Wara li ħarġet l-aħbar li l-Prinċep Charles irriżulta pożittiv għall-coronavirus, il-boxer Ingliż Anthony Joshua kkonferma li hu jinsab f’saħħtu wara li attenda riċiviment fejn kien hemm preżenti l-istess prinċep. It-tliet darbiet champion tal-heavyweight attenda attività f’Jum il-Commonwealth f’Westminister Abbey fid-9 ta’ Marzu.

Kelliem għal Anthony Joshua qal li l-boxer ta’ 30 sena jinsab f’kundizzjoni tajba u jinsab fi kwarantina kif ordnat mill-Gvern Ingliż. Il-kelliem ma qalx jekk Joshua kienx ittestjat għal dan il-virus. Joshua mistenni jiddefendi t-titlu tiegħu fi ġlieda kontra Kubrat Pulev fit-Tottenham Hotspur Stadium fl-20 ta’ Ġunju.