Lokali Parlament

L-industrija tal-ikel qed tiffaċċja problemi kbar

– Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal fil-parlament li hawn ħaddiema u negozjanti inkwetati li se jitilfu x-xogħol fosthom fl-industrija tal-ikel u d-divertiment li għadhom kif għaddew minn erba’ xhur diffiċli iżda l-pakkett finanzjarju għin biss ftit iżda mhux biżżejjed.

Hu kompla li l-operaturi ma jistgħux joħorġu flus għaliex bilkemm għandhom biex islavaw il-ħobża tagħhom. Dawn l-operaturi xtraw ħafna ikel li għad iridu jħallsu tiegħu u għandhom problemi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma,b il-kontribuzzjoni tal-MTA, bil-kirjiet u bis-self mill-banek.

L-operaturi qed jgħidu li mhux se jslavaw u għalhekk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għandhom jitraħħsu b’50%, l-MTA għandha twaqqaf il-kontribuzzjoni tal-liċenzji waqt li l-moratorju għandu jkun estiż għal sitt wara li l-operaturi jerġgħu jiftħu. L-operaturi mhux se jkampaw; lanqas bit-tielet pakkett finanzjarju.