Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

L-MEA tappella biex jibqa’ jkun hemm djalogu soċjali

L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA, tat it-reazzjoni pożittiva tagħha għall-miżuri li tħabbru mill-Gvern sabiex jindirizza l-impatt ekonomiku minħabba l-coronavirus. 

L-Assoċjazzjoni ddikjarat li għalkemm l-ispinta f’dawn l-aħħar miżuri jindirizzaw oqsma partikolari tal-ekonomija, dan ikun neċessarju minħabba li mhux is-setturi kollha kienu affettwa bl-istess mod.

Bħala assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil min iħaddem fis-setturi kollha tal-ekonomija, l-MEA appellat għal djalogu soċjali kontinwu sabiex jekk ikun hemm il-ħtieġa, jerġa’ jsir pakkett ta’ għajnuna biex jirrifletti ċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu kontinwament. 

L-Assoċjazzjoni qalet li se tibqa’ tipprovdi appoġġ kontinwu lill-membri tagħha u jinteraġixxu mal-imsieħba soċjali sabiex ikollhom l-aħjar riżultati possibbli f’dawn iż-żminijiet staordinarji. Dan filwaqt li se jkomplu jħeġġu lil min iħaddem sabiex jadottaw strateġiji fejn ikunu jistgħu jinżammu l-impjegati.

Il-pakkett li kien imħabbar mill-Gvern huwa riżultat ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u prova li bi sforz kollettiv issir azzjoni unilaterali.