Coronavirus Sport

“L-Olimpjadi mhux bilfors isiru fis-sajf tal-2021”

(Ritratt: EPA)
Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach, jgħid li se jkunu qegħdin ifittxu l-mument opportun

Wara li nhar it-Tlieta ttieħdet id-deċiżjoni li l-Olimpjadi ta’ Tokjo li kellhom isiru fis-sajf li ġej jiġu posposti, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qal li l-Olimpjadi mhux bilfors isiru fis-sajf tas-sena d-dieħla iżda se jkunu qegħdin ifittxu l-mument opportun.

B’numru ta’avvenimenti skedati għas-sena d-dieħla fosthom il-Kampjonati Ewropej, din tista’ tkun ta’ sfida biex jinsab mument opportun biex jinsab il-perjodu ġust biex ikunu jistgħu jsiru l-Olimpjadi. Bach kompla li l-kumitat flimkien ma’ dawk kollha ikkonċernati se jippruvaw jaslu għal deċiżjoni fl-inqas żmien possibli minkejja li l-iktar tard li jaspiraw li jsiru l-Olimpjadu huwa s-sajf tal-2021.

Fl-aħħar ġranet Bach flimkien mal-kumitat lu hu President tiegħu kienu taħt kritika kontinwa minħabba li ma ħadux id-deċiżjoni li jħassru l-Olimpjadi qabel. Hu spjega li d-deċiżjoni ttieħdet wara li l-virus kompla jinfirex fl-Afrika u fil-Ġappun u anke wara li numru ta’ pajjiżi għalqu l-ajruporti tagħhom.