Futbol Sport

Leeds urew interess f’Ibrahimovic fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar

(Ritratt: EPA)

Is-sid ta’ Leeds United Andrea Radrizzani qal li Leeds kienu f’disskussjonijiet ma’ Zlatan Ibrahimovic qabel ma’ ingħaqad ma’ AC Milan. F’intervistà Radrizzani qal li kemm l-Iżvediż kif ukoll l-attakkant ta’ Paris Saint-Germain Edison Cavani setgħu għenu lil Leeds fit-taqtiegħa tagħhom għall-promozzjoni.

Ibrahimovic minflok iddeċieda li jingħaqad għat-tieni darba fil-karriera tiegħu ma’ Milan wara esperjenza fl-Istati Uniti ma’ LA Galaxy. Leeds bħalissa jinsabu fil-quċċata taċ-Championship fl-Ingilterra minkejja li l-kampjonat jinsab pospost minħabba l-coronavirus.