Futbol Sport

Liverpool dejjem f’qalbi – Raheem Sterling

F’intervistà li saritlu mal-midja Ingliża, l-attakkant ta’ Manchester City Raheem Sterling stqarr li Liverpool jibqgħu dejjem f’qalbu. Dan wara li ħames snin ilu Raheem Sterling ingħaqad ma’ Manchester City mingħand Liverpool għas-somma ta’ €47 miljun.

Ma’ Manchester City, l-attakkant Ingliż sar wieħed mill-iktar plejers dominanti fil-kampjonat Ingliż fejn skorja 59 gowl f’155 partita. Hu rebaħ ukoll darbtejn il-kampjonat Ingliż u għen lit-tim Ingliż jasal sas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja li għaddiet.