Lokali

Minkejja l-appell għal ‘Social Distancing’ numru ta’ nies inġabru wara xulxin fit-toroq tal-Belt

Minkejja l-appelli kontinwi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex kulħadd iżomm distanza minn xulxin biex ngħinu titwaqqaf l-imxija tal-Coronavirus, ftit tal-ħin ilu f’ritratt li deher fuq il-media soċjali, jidher biċ-ċar li mhux kulħadd qed iżomm ma’ dawn l-appelli.

Din ir-ritratt ittieħed minn persuna li nzerta fl-akwati fejn viċin is-Suq tal-Belt għal xi raġuni mhux magħrufa numru kbir ta’ nies inġemgħu jistennew fejn anke għalqu l-aċċess biex wieħed jgħaddi b’mod normali f’toroq fil-Belt Valletta li bħalissa xejn m’huma jkunu frekwentati għaliex ħafna huma dawk li qed isegwu l-appell tal-awtoritajiet.