Iċ-ċentru tal-Pitkalija f’Ta’ Qali ħabbar miżuri ġodda kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-bdiewa favur is-saħħa tagħhom fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna.
Mill-Ħamis 26 ta’ Marzu, kemm ix-xerrejja u l-bdiewa se jintalab biex jidħlu strettament minn naħa ta’ wara u waqt li jsir dan, jiġi ċċekkjat t-temperatura ta’ kull persuna.
Il-ħin tad-dħul għall-bdiewa se jkun estiż b’nofs siegħa biex jibda fl-4 ta’ filgħodu, liema dħul se jsir fi gruppi u mhux f’daqqa biex jitnaqqas l-iffullar iżda mingħajr ma ħadd ma jaqbeż il-kju. It-tmexxija qed tappella lill-bdiewa biex jaslu qabel is-6.30pm għaliex min jasal, wara, se jintalab jibqa’ fil-kju.
Ix-xerrejja imbagħad ikunu jistgħu jidħlu fil-Pitkalija wara li jkunu wara li jkunu daħlu l-bdiewa kollha, iżda għandhom jidħlu fil-kju tar-ringroad wara s-6.30pm.
//= $special ?>