Coronavirus Futbol Sport

Plejers tal-Premier League b’kampanja ta’ għajnuna lin-nies fil-bżonn

(Ritratt: Dezeen.com)

Numru ta’ plejers tal-Premier League, fosthom Hector Bellerin ta’ Arsenal u Aaron Wan-Bissaka ta’ Manchester United nedew kampanja bl-isem #FootballUnited bl-għan ikun li jinġabru €108,000 biex jgħinu persuni vulnerabbli waqt il-pandemija tal-coronavirus.

Il-plejers involuti qegħdin jitolbu lil sħabhom il-plejers biex jgħinuhom f’din l-inizzjattiva. Din il-kampanja qed tkun immexxija minn Unique Sports Management u fi stqarrija qalet li permezz tal-futbol jistgħu jinġabru flus biex jgħinu lil min hu bagħtut.