Internazzjonali

Renju Unit: Il-Prinċep Charles infettat bil-coronavirus

Il-Prinċep Charles, li hu l-eredi għat-tron tal-Ingilterra, għadu kemm ittestja pożittiv għall-coronavirus.

L-aħbar ingħatat minn Clarence House, meta mifhum li Charles, li għandu 71 sena, qed juri s-sintomi ħfief tal-marda ‘bil-kundizzjoni tiegħu għadha sodisfaċenti f’dawn iċ-ċirkustanzi’.

Id-Dukessa Camilla ta’ Cornwall, il-mara tal-Prinċep, ukoll saritilha t-test għall-coronvirus u fejn instabet negattiva.