Lokali Parlament

Rifjutat danger money lil ċertu infermiera

– Robert Arrigo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo kkritika lill-awtoritajiet għall-fatt li kien hemm danger money li kien rifjutat lil ċertu infermiera.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-Gvern ħalla 100,000 ħaddiema barra mill-għajnuna fosthom lill-ħaddiema tal-kostruzzjoni fejn jaħdmu madwar 14,000, lill-professjonisti, lill-media houses, lill-aġenti tal-propjeta, lill-klabbs tal-football b’kuntratti mal-players waqt li kienu rifjutati d-danger money għal ċertu infermiera.

Hu qal li l-Gvern kellu jnaqqas 50% mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kompla li l-posponiment tat-taxxi mhu se tgħin lil ħadd. Jeħtieġ li l-Gvern jieħu l-azzjonijiet meħtieġa b’mod immedjat, sostna d-deputat Nazzjonalista.