Internazzjonali

Russja: Pospost vot importanti għal Putin minħabba l-Covid-19

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin, ippospona vot dwar il-bidliet Kostituzzjonali li suppost jippermettulu biex jibqa’ fil-poter aktar miż-żmien stabbilit skont il-Kostituzzjoni attwali tal-pajjiż.

Id-deċiżjoni ttieħdet minħabba t-tħassib dwar il-coronavirus u, issa, il-vot pubbliku li kellu jsir fit-22 ta’ April għandu jinżamm f’‘data li għad trid titħabbar’.

Il-bidliet proposti jinkludu miżura biex titwarrab il-projbizzjoni (bħalissa effettiva) għal Putin biex jikkuntesta mill-ġdid għall-Presidenza tar-Russja.

Il-President ħabbar ukoll li r-Russi, il-ġimgħa d-dieħla, mhumiex se jaħdmu bl-intenzjoni ‘li jnaqqsu r-rata tal-firxa tal-coronavirus’.