Sajjetta qawwija li laqtet lill-Gżejjer Maltin ftit tal-minuti ilu misset il-Kamra tan-Nar li tinsab f’Wied Babu ż-Żurrieq bil-konsgwenza li kkawżat splużjoni.

Minn informazzjoni li għandu dan l-istazzjoni jidher li dak il-ħin ma kien hemm ebda persuni fil-kamra tan-nar.
Nies li tkellmu magħna qalulna li s-sajjetta laqtet l-bettija tal-porvli.

Din mhix l-ewwel darba li din il-kamra tan-nar intlaqtet minn sajjetta. Fl-4 ta’ Mejju tal-1989 kienu tilfu ħajjithom Ignatius Schembri u Nenu ta’ Ġorġa.
Iktar informazzjoni hekk kif taslilna.