Coronavirus Lokali

Titjiriet mill-Air Malta sabiex titwassal il-merkanzija lejn pajjiżna

Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta ħabbret li se tkun qed topera titjiriet lejn Londra, Frankfurt u Amsterdam. Dan sabiex titwassal f’pajjiżna merkanzija, tagħmir mediku u affarijiet oħra essenzjali. Apparti dan dwan it-titijiriet se jkunu qed iġibu lura lejn Malta dawk il-Maltin maqbuda barra minn xtutna.

Hekk kif qed ikomplu jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet imposti minn diversi stati Ewropej, l-Air Malta kellha taġġorna l-iskeda tagħha.

Fi stqarrija l-Air Malta ħabret li titjiriet oħra skedati lejn Brussell u Vjenna mhux se jsiru.

Fid-dawl tal-iżviluppi kontinwi li qed jinbidlu minn ħin għall-ieħor, l-Air Malta qalet li jistgħu jkunu mħabbra aktar bidliet.