Impenn għas-Saħħa Lokali

U-Turn mill-Gvern dwar id-danger money lin-Nurses

L-MUMN qalet li hija ġiet infurmata mill-Ministeru tas-Saħħa li d-danger money mhux se jingħata lin-nurses. Dan ifisser U-Turn mill-Gvern fejn il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kien laqa’ t-talbiet kollha tal-union u dan sabiex ikollhom moħħhom mistrieħ fl-interventi tagħhom ma’ pazjenti morda bil-Covid19.

Fi stqarrija għall-Istampa il-Kunsill ta’ l-MUMN iltaqgħa, l-Erbgħa fejn kien ippjanat li jigu rtirati d-Dirtettivi  Industrijali kollha marbuta mall-coronavirus fuq id-deċiżjoni li kienet ittieħdet li n-nurses jingħataw ħlas ta’ danger money.   

L-MUMN qalet li b’dispjaċir hija ġiet infurmata mill-Ministeru tas-Saħħa li l-Danger Money mhux se jingħata għaliex dan il-mument il Gvern mhux qed iqis li din hija priorità u dak li ġie mogħti 10 t’ijiem ilu mill-Ministru Fearne issa ġie irtirat mill-Gvern. Tajjeb li ngħidu li f’din il-laqgħa ġiet ukoll miftehma d-data ta’ meta dan id-Danger Money kellu jibda.

Barra minn hekk il-Gvern inqegħda bil-GWU sabiex jeżercità manuvri politiċi biex jifred lin-nurses bejniethom. Fl-istess waqt eżatt li l-Ministeru tas-Saħħa qed jinforma lill-MUMN dwar l-irtirar mill-Ftehim tad-Danger Money, il-GWU żammet konferenza stampa biex tħabbar li ftit nurses daħlu membri magħhom.

L-MUMN qalet li tikkundanna b’mod assolut il-manuvri politiċi tal-Gvern f’dawn il-mumenti hekk kritiċi fejn kulħadd qiegħed jagħmel l-almu tiegħu sabiex ikun hawn l-anqas imwiet possibli.

Madankollu l-MUMN fl-interess ta’ kulħadd qed tappella lill-Ministru Fearne sabiex jerġa’ jirrevedi l-pożizzjoni u d-deċiżjoni tiegħu fejn jagħti id-Danger Money lin-nurses li huma u se jkunu nvoluti ma’ dan il-virus.

B’id ta’ ħbiberija u b’rieda tajba l-MUMN qalet li se tgħati 48 siegha lill-Ministru Fearne sabiex jerġa’ jikkonsidra d-deċiżjoni tiegħu. L-MUMN qalet li lesta li tiltaqa’ mall-Gvern jekk ikun hemm il-ħtiegġa li jsir dan.

L-MUMN finalment saħqet li trid tieħu l-opportunità sabiex tirringrazzja lin-nurses kollha u membri oħra ta’ l-MUMN għall-impenn, dedikazzjoni u sagrifiċċji personali li qed jagħmlu fl-interess tal-pazjenti fl-isptarijiet u Ċentri tas-Saħħa u r-residenti fl-istitizzjonijiet ta’ l-anzjani. Minn naħa tagħha l-MUMN itenni l-impenn tagħha li tibqa thares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri kollha.