Huma 5 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna.
Din iċ-ċifra ħabbritha s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, f’konferenza tal-aħbarijiet illum waranofsinhar.
Dan issa jtella’ l-każi għal 134 il-każi ta’ Covid-19 f’pajjiżna.
Tlieta minn dawn il-każi huma każi impurtati.
Iz-zewġ każijiet l-oħra huma każijiet ta’ trażmissjoni lokali.
Il-ħames każi rreġistrati
L-ewwel każ hu ta’ tfajla Griega ta’ 28 sena u li tgħix Malta. Hi kienet Ċipru u ġiet lura Malta fid-19 ta’ Marza. Bħalissa qed isir contact tracing.
Kazi ieħor hu ta’ mara ta’ 60 sena li jidher li ħadet il virus minn raġel li kien ittestja pożittiv. Dan il-każ hu parti minn nukleu ta’ 3 minn nies li ħadu l-virus.
Mara Maltija oħra ta’ 60 sena, li hija healthcare worker żviluppat il-virus ftit jiem wara li ġiet lura mill-Ingilterra. Hi ma kellhiex kuntatt ma’ persuni oħra u kienet rikoverat l-isptar. Familjari tagħha kienu fi kwarantina.
Raġel żviluppa s-sintomi wara li kien f’kuntatt ma’ persuna li wkoll kienet irriżultat pożittiva għall-virus. Dan issa huwa nukleu ta’ żewġ każijiet.
Il-każ l-ieħor ta’ trażmissjoni lokali hu ta’ mara Maltija ta’ 26 sena li kienet marret ix-xogħol fl-aħħar jiem u għaldaqstant qed isir contact tracing għall-persuni li kellhom kuntatt magħha.
Ir-raġel ta’ 61 sena li kien qed jinsab fit-taqsima intensiva l-ITU għadu rikoverat iżda mhux f’qagħda kritika.
Charmaine Gauci qalet li qed ikompli jissaħħaħ il-proċess tas-swabbing anke bil-ftuħ ta’ żewġ ċentri tat-ttestjar oħra.
Dwar il-proċeduri l-ġodda marbuta ma’ nisa li qed jidħlu biex iwelldu, Gauci qalet li f’ċirkustanzi bħal dawn, isir risk assessment tas-sitwazzjoni u minn hemm jiġu mfassla linji gwida ġodda fl-aħjar interess tal-persuni kiollha nvoluti.
Dwar ġemgħat pubbliċi, hija qalgħet li d-direttivi mogħtija mill-Awtorità tas-Saħħa ftit tal-jiem ilu għadhom jgħoddu.
Sa issa ma kienx hemm każi kkonfermati fid-djar tal-anzjani.
//= $special ?>