Lokali

COVID-19 : Laqgħa tal-Kabinett b’urġenza

Fl-isfond tal-kriżi ta’ COVID-19 li pajjiżna qed iħabbat wiċċu magħha, dalgħodu ġiet msejħa laqgħa tal-Kabinett b’urġenza bil-għan li jiġu diskussi l-aħħar żviluppi f’dan l-ambitu.

Filwaqt li s’issa għadu mhux magħruf x’ser ikun l-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet – il-Ministru Silvio Schembri f’kummenti li ta lil midja huwa saħaq li f’dawn iċ-ċirkostanzi hija n-norma li l-kabinett jitlaqqa’ b’tali mod.

Bil-laqgħa tal-Kabinett issa ilha għaddejja mill-ħdax ta’ dalgħodu – bosta qed jistennew il-konferenza stampa indirizzata mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Profs. Charmaine Gauci li minflok ser tindirizzaha fin-12.30 bħal ma aħna mdorrijin għaliha, ser tkun qed tagħmel dan fis-13.30.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.