Lokali

Ġest nobbli minn membri tal-Korp

Jgħinu fit-tqassim tal-mediċini fil-ġranet off tagħhom

Żewġ uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija qed jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod ferm ġeneruż. Fil-ġranet liberi tagħhom, PS Mark Cremona u PC Luke Grima qed jgħinu fit-tqassim tal-mediċini fid-djar ta’ persuni li jinsabu taħt kwarantina.

Dwar dan għamlet post fuq Facebook il-Union tal-Uffiċjali tal-Pulizija (POU) li qalet li f’dan iż-żmien iebes għal pajjiżna, huwa ta’ unur għalihom li jxerrdu aħbarijiet pożittivi dwar kif membri tagħha qed ikunu solidali mal-komunità.

Filwaqt li awgurat lill-dawn iż-żewġ uffiċjali għall-inizzjattiva tagħhom, il-POU ħeġġet lil kull min jista’ sabiex jgħin f’dan il-mument ta’ sfida f’pajjiżna.