Il-Building Construction Agency (BCA), l-aġenżija reponsabbli għall-eżamijiet għall-bennejja kif ukoll għall-ħruġ tal-liċenzji tagħhom avżat li fiċ-ċirkostanzi preżenti, qed tissospendi kull applikazzjoni ġdida għall-eżamijiet tal-bennejja, pagamenti għall-liċenzji skaduti jew dawk ġodda.
Il-BCA avżat li għalissa, dawk affettwati jistħgħu jibqgħu joperaw bil-liċenzja li għandhom.
Applikazzjonijiet, eżamijiet, ħruġ ta’ liċenzji ġodda u tiġdid huma sospizi sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Il-pubbliku huwa mitlub ma jmurx fl-uffiċji tal-BCA sakemm mhux b’appuntament. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-aġenzija billi jċempel fuq 22927634 jew permezz ta’ email fuq info@bca.org.mt. Għal aktar informazzjoni żuru s-sit www.bca.org.mt.
//= $special ?>