Coronavirus Lokali

“Il-Pulizija reġgħu intesew” – L-MPA dwar il-miżuri tal-Gvern

Jitolbu li jingħataw l-istess benefiċċji li ngħataw ħaddiema oħra

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija l-MPA qed issostni lil-membri tagħha u l-uffiċjali tak-Korp tal-Pulizija reġgħu għaldarboħra ntesew mill-Gvern fil-pakkett ta’ miżur li ħabbar fl-aħħar jiem.

L-MPA qalet li l-impjegati tal-gvern ġew esklużi mill-iskemi tal-Gvern, anke jekk parti waħda mil-familja taħdem mal-privat u din il-parti kellha tieqaf taħdem biex tieħu ħsieb it-tfal. L-MPA għamlet talba lill-Gvern biex din tiġi riveduta.

F’ittra lill-Prim Ministru, l-MPA filwaqt li rringrazzjat lill-Gveren tal-miżuri li ħa s’issa, tenniet li sfortunatament il-membri tal-korp tal-Pulizija reġgħu ġew minsija u baqgħu barra minn dan il-pakkett finanzjarju. L-Assoċjazzjoni kienet qed tirreferi għall-miżura fejn ġenituri li t-tnejn li huma jaħdmu mas-settur privat huma intitolati għal €800 fix-xahar jekk dawn minħabba raġuni ta’ tfal kellhom jiefqu mix-xoghol biex jiehdu hsieb lit-tfal tagħhom , għaliex ma kellhomx soluzzjoni ulterjuri.

L-MPA sostniet li huwa ovvju li mhux biss dawk li jaħdmu fil-privat kellhom jieqfu imma hemm numru ta’ familji li wieħed jew waħda minnhom kellhom jiefqu mix-xogħol u għalhekk, din hija miżura diskriminatorja lejhom u lejn kull impjegat ieħor li jaħdem mal-istat.

Huma talbu li tkun emendata din il-mizura sabiex jiddaħħal fiha kull min kellu jieqaf mix-xogħol minħabba r-ragunijiet imsemmia.