Sport Sport Ieħor

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey magħżula biex torganizza kampjonat internazzjonali s-sena d-dieħla

(Ritratt: HAM)

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey ħabbret li Malta ġiet magħżula mill-Federazzjoni Ewropea tal-Hockey biex is-sena d-dieħla torganizza l-Kampjonat tal-irġiel tar-Raba’ Diviżjoni. It-tournament għandu jsir fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin bejn l-1 u s-7 ta’ Awwissu 2021. Flimkien ma’ Malta, se jieħdu sehem Ċipru, il-Finlandja, in-Norveġja u s-Slovenja. Din għandha tkun sfida għall-Assoċjazzjoni Maltija biex torganizza tournament internazzjonali. Fl-istess waqt, se tkun opportunità wkoll biex il-HAM tgħolli l-livell u r-reputazzjoni tagħha fix-xena internazzjonali tal-hockey.