Coronavirus Lokali

Lockdown għall-anzjani u nies vulnerabbli

Miżuri li jolqtu 118,000 persuna u l-familjari tagħhom

Illbieraħ saret laqgħa urgenti tal-Kabinett fil-Berġa ta’ Kastilja fejn giet diskussa l-kriżi preżenti tal-Covid-19.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li għal-laqgħa tal-kabinett tal-Ministri issejħu ukoll numru ta’ professjonisti mediċi. Il-laqgħa baqgħet għaddejja sa tard wara nofsinhar.

F’xi ħin kien hemm ukoll preżenti l-Professur Charmaine Gauci.

Ftit sigħat wara saret konferenza stampa indirizzata mill-Ministru tas-Saħħa fejn ġew imħabbra żewġ miżuri li se jolqtu mal-118,000 euh u dawk li jghixu maghhom

Minkejja li matul il-ġurnata l-każi godda ta’ Coronavirus f’Malta kienu 5, abbażi ta’ data li qed tinġabar mill-awtorijiet tas-saħħa u previżjoni ta’ każi mistennija llum tħabbru żewġ miżuri oħra biex kemm jista jkun tiġi miġġielda l-imxija tal-COVID-19.

Dawn il-miżuri ġew imħabbra minħabba li n-numri ta’ każijiet f’Malta imxerrda lokalment issa beda jitla’.

L-ewwel miżura se tkun qed twaqqaf persuni milli jinġemgħu ħdejn xulxin f’post wieħed. Iktar minn 5 ma jistgħu jkunu flimkien. Kull min jiltaqa’ f’post pubbliku hu mħeġġeġ jżomm distanza ta’ 2 metri.

Din il-miżura ddaħlet b’effett immeddjat.

It-tieni miżura, immirata lejn dawk l-aktar vulnerabbli pero se tolqot ukoll li dawk li jgħixu ma’ nies li jaqgħu f’din il-kategorija.

B’din il-miżura, persuni li għandhom ‘il fuq minn 65 sena u oħrajn b’mard kroniku bħal  diabetic bl-insulina, dawk li jieħdu mediċina bioloġika, dawk li jieħdu terapija tal-chemo, li qed jissieltu jew kellhom il-kanċer fl-aħħar 6 xhur, persuni li għamlu trapjant, dawk li għandhom l-HIV, dialises, nisa tqal, dawk li jbgħatu minn mard respiratorju li fl-aħħar sena daħlu l-isptar, dawk b’mard tal-qalb li fl-aħħar 6 xhur kellhom bżonn intervent mediku, dawk li jsoffru minn problemi tal-qalb, u persuni li jieħdu oral steroids.

Dawn kollha u dawk li jgħixu magħhom huma mitlubal biex ma jmorrux għax-xogħol jibqgħu d-dar f’kull stanza u offruti leave speċjali ta’ kwarantina sspecial.

Dawn imsemmijja u dawk li jgħixu magħhom qed ikunu mħeġġa jibqgħu id-dar akkost ta’ kollox, barra minn appuntamenti urġenti ta’ sptar.

Dawn kollha ser jirċievu ittra mill-awtoritajiet fil-jiem li ġejjin.

L-awtoritajiet appellaw biex familjari ta’ dawn in-nies jgħinu billi forsi jagħmlulhom ix-xirja jew bżonnijiet oħra pero jżommu 2 metri bogħod meta jwasslulhom kollox id-dar.

L-anqas tobba li jiffurmaw parti minn din il-kategorija ma jistgħu jidħlu għax-xogħol u persuna tista biss tkun eżentata minn din il-miżura b’permess speċjali mis-Suprintendent tas-Saħħa Charmaine Gauci.

Din it-tieni il-miżura tidħol fis-seħħ mis-Sibt li ġej.