Coronavirus Lokali Saħħa

Malta titlob 2 miljun PPE

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa ilhom il-ġimgħat jitolbu l-ilbies protettiv meħtieġ

Fl-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19, il-Kummissjoi Ewropea nhar it-Tlieta ħabbrat procedura ta’ xiri ta’ apparat protettiv għall-Membri Stati, u l-Gvern Malti issa għamel talba għal 2 miljun PPE.

Il-Ministru tas-Saħħa Malti, Chris Fearne, għamel talba għall-provvediment ta’ maskli protettivi, ventilators, ingwanti u apparat ieħor tal-laboratorju, inkluż swab kits fost l-oħrajn, bħala parti minn din il-proċedura tal-UE.

Dan l-apparat huwa apparti il-kawżi €50 miljun li jingħata pajjiżna bħala parti mill-pakkett finanzjarju ta’ għajnuna li mistenni jkun approvat il-Ħamis waranofsinhar.

Il-kuntratt għall-provvediment ta’ dan l-apparat protettiv mistenni jkunn iffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.

Member states will sign contracts on this in the coming weeks. 

Ix-xiri ta’ dan l-apparat protettiv għandu jipprovdi aktar sigurtà lill-ħaddiema tas-saħħa fl-ispjtarijet u ċ-Ċentri tas-Saħħa tagħna fejn sa issa kienu ħafna l-ħaddiema nkwetati minħabba n-nuqqas ta’ PPEs li hemm.

Tobba, infermiera u careworkers fost oħrajn, ilhom il-ġimgħat jitolbu aktar PPEs sabiex tkun issalvagwardjata is-saħħa tagħhom kif ukoll is-saħħa tal-pazjenti tagħhom u sabiex titrażżan l-imxija tal-virus.