Lokali

Sullivan Maritime Ltd tikkonferma li kienet issospendiet il-ġarr ta’ passiġġieri

Il-kumpanijia marittima Sullivan Maritime, aġenti għal Grimaldi Lines, fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu qalet li hija kienet issospendiet il-ġarr ta’ passiġġieri u xufiera akkumpanjati fuq il-vapuri kollha tagħha li kienu qed jagħmlu vjaġġi minn u lejn Malta. Il-kumpanija għamlet dan qabel ma ħareġ direttivi simili l-Gvern.

Dan qalitu b’reazzjoni għal mistoqsija li saret waqt konferenza tal-aħbarijet mis-Supretendenza għas-Saħħa Pubblika.

Il-kumpanija qalet ukoll li l-linja marittima kellha twassal żewġ xufiera lejn Malta fuq taielbt speċjali u b’koperazzjoni mal-awtoritajiet. Dawn saru f’każ ta’ ripatriazzjoni u każ ta’ trasport ta’ farmaċewtiċi essenzjali.

L-aġenzija sostniet li se tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet u se tibqa’ toffri s-servizzi essenzjali li jagħqqdu lil Malta mall-kumplament tal-kontinent Ewropew.