Coronavirus Lokali Saħħa

5 każi ġodda ta’ COVID-19 reġistrati f’pajjiżna… it-total jitla’ għal 139

Fl-aħħar 24 siegħa – total ta’ 5 każi ġodda ta’ COVID19.

Fost dawn hemm raġel ta’ nazzjonalità Indjna li jaħdem fis-settur tas-Saħħa kif ukoll persuna li ttesta pożittiv minn screening li sar qabel saritlu operazzjoni fl-isptar.

Minn dawn il-każi ġodda, 4 kienu trażmissjoni lokali biex b’hekk il-każijiet totali ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 139 fejn minnhom fiequ biss 2.

Mill-aħħar aġġornament tas-Suprintendent tas-Saħħa Charmain Gauci saru 432 swob biex l-ammont total issa tela’ għal 4,662 swob.

Fl-aħħar sigħat ħarġu żewġ direttivi li ħallew lil ħafna jistaqsu x’se jiġri minnhom u ta’ madwarom. Profs Gauci kjarifikat dan fejn saħqet li dawk li jgħixu ma’ l-aktar vulnerabbli u m’għandhomx alternattiva biex jaħdmu mid-dar jistgħu jidħlu għax-xogħol

Ingħad ukoll li dan il-virus għandu diversi sintomi li mhux neċessarjament wieħed jista’ jassoċċja ma’ riħ normali.

Intant, kien konfermat illi l-anzjan ta’ 61 anzjan inħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Iżda fl-aħħar sigħat iddaħħlu żewġ persuni oħra.

Profs Gauci saħqet li iktar ma jgħaddu l-ġranet, iktar qed jiżdiedu l-każi ta’ trażmissjonijiet lokali.

Fit-toroq il-Pulizija għaddejjin b’ħidma biex jaraw li n-nies li jkunu fi kju, iħallu distanza ta’ żewġ metri minn perunsa għall-oħra.

Il-Professur Gauci qalet li għalkemm in-numru ta’ każi llum kien wieħed baxx, jista’ jkun li l-istampa kollha ma tkunx daqshekk ċara għax jista’ jkollok sitwazzjoni fejn hemm persuni li mhux qed jersqu sabiex ikunu ttestjati.