Coronavirus Lokali

Aktar ħaddiema qed iħossuhom minsija mill-Gvern

Il-COVID-19 qed iħalli impatt kbir fuq l-intrapriżi żgħar u medji…mhux b’inqas fuq l-industrija tal-għamara f’Malta, illi qed tħoss l-effetti kbar ta’ din is-sitwazzjoni difficli.

Filwaqt li l-impressjoni ġenerali hija li l-industrija għadha qed taħdem b’mod normali, Malcolm Bartolo il-President tal-Malta Furniture Manufacturers Organization – MFMO assigurana li dan mhux il-każ.

Dan qed jaffettwa drastikament l-bejgħ tagħhom; xi haga li qed tolqot direttament lil bosta familji.

Ħafna huma n-negozji żgħar tal-familja b’medja ta’ żewġ ħaddiema sa erba’ … fejn is-salarji tipiċi huma ħafna ogħla mit-€800 jew inqas fix-xahar li fl-aħħar il-Prim Ministru ħabbar li se jagħti fit-tielet pakkett tiegħu.

Dawn l-imprendituri jinsabu inkwetati għal kemm jistgħu isostnu l-impjegati tagħhom u n-negozji infushom.

Dawn il-ħaddiema qed jittamaw li aktar għajnuna tingħata mill-Gvern biex ikun ta’ sostenn lil kumpaniji bħal dawn.