Rugby Sport

149 sena ilu ntlagħbet l-ewwel logħba internazzjonali tar-rugby

Il-ġurnata tas-27 ta’ Marzu tal-1871 hi ġurnata komuni għal ħafna imma importanti għar-rugby internazzjonali. Dakinhar għall-ewwel darba, żewġ timijiet nazzjonali lagħbu kontra xulxin f’partita rikonoxxuta mir-Rugby Football Union. Il-logħba kienet bejn l-Iskozja u l-Ingilterra u milgħuba quddiem madwar 4,000 spettatur fir-Raeburn Place f’Edinburgh.

F’dak iż-żmien, il-logħbiet kienu għadhom jintlagħbu b’20 plejer, 50 minuta kull taqsima u t-tries kienu jiswew punt. L-Ingilterra lagħbet bi flokk abjad, bis-simbolu ta’ warda ħamra fuq il-flokk. L-Iskoċċiżi lagħbu bi flokk kannella, b’thistle bajda fuq sidirhom.

L-Iskozja rebħet il-logħba 4-1, b’żewġ tries u conversion għalihom kontra try tal-Ingliżi. L-ewwel plejer li niżżel ismu fost l-iskorers f’partita internazzjonali uffiċjali kien Angus Buchanan. F’dik l-okkażjoni, ir-referee li kkontrolla l-logħba kien l-Iskoċċiż Hely Hutchinson Almond. F’dik il-logħba, iż-żewġ timijiet kellhom formazzjoni magħmula minn plejers żgħażagħ li ħafna minnhom kienu jilagħbu r-rugby fl-Universitajiet u l-klabbs tad-dilettanti.

Il-formazzjoni taż-żewġ timijietSkozja: W. Davie Brown, T. Chalmers, A. Clunies-Ross, T. Marshall, W. Cross, J. Arthur, F. Moncreiff (captain), A. Buchanan, A. Galbraith Colville, D. Drew, W. Forsyth, J. Finlay, R. William Irvine, W.J. Campbell Lyall, James A. Whitelock Mein, JLH MacFarlane, R. Munro, G. Ritchie, A. Hamilton Robertson, J. Shaw Thomson Ingilterra: A. G. Guillemard, R. Osborne, A. Lyon, W. MacLaren, J.  Edmund Bentley, F. Tobin, JF Green, R. Birkett, B. Burns, JH Clayton , C. Arthur Crompton, A. Davenport, JM Dugdale, AS Gibson, A. St. George Hamersley, J. Luscombe, C. Sherrard, F. Stokes (captain), DP Turner, H.J.C. Turner