Internazzjonali

Boris Johnson pożittiv għall-Covid-19

Ritratt: Business Insider

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson għadu kemm ittestja pożittiv għall-Covid-19 (coronavirus), b’dan ikun ikkonfermat mill-Uffiċċju tiegħu f’Downing Street, f’Londra. 

Is-sintomi ta’ Johnson huma ħfief u, għalissa, għandu jkompli jmexxi r-reazzjoni tal-Gvern għall-effetti tal-virus, meta għandu jqatta’ il-jiem li ġejjin fi kwarantina.