Lokali

Iktar minn 15,000 rapport ta’ reati kriminali

Is-sena li għaddiet, ir-rata ta’ kriminalita f’pajjiżna naqset bi 2.1%

Rapport li sar mill-Professur Saviour Formosa juri li fl-2019 kien hemm 15,589 rapport ta’ reati kriminali lill-Pulizija ta’ Malta  Is-serq, il-ħsarat, il-vjolenza domestika, il-ġrieħi fuq persuni u frodi.. bejniethom jammontaw għal 87.5% tar-reati kollha rraportati s-sena li għaddiet.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar li matul is-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis fir-reati ta’ pick pocketing …iżda kien hemm żieda ta’ 66% f’dak li hu serq minn karozzi, filwaqt li s-serq mir-residenzi żdied b’4%. Kien hemm tnaqqis minimu fir-rapporti ta’ vjolenzi domestika u naqsu wkoll il-każi ta’ frodi.

Ir-reati ta’ ġrieħi fuq persuni żdiedu bi ftit.

F’San Ġiljan kienet reġistrata l-inqas rata ta’ kriminalità f’dawn l-aħħar 15-il sena. Kien hemm 17% tnaqqis ta’ reati marbuta mal-użu tal-kompjuter u kien hemm 54% inqas rapporti ta’ każi marbuta mad-droga.

Naqqsu wkoll it-theddid bi vjolenza iżda żdiedu r-reati ta’ offiżi sesswali b’21%. Filwaqt li naqsu bi 15% il-każi ta’ vjolenza kontra uffiċjali pubbliċi.

Il-Ministru Byron Camilleri ħabbar li s-servzz tal-Community Policing, li kien gie xprunat mill-Oppożizzjoni Nazżjonalista, se jiġi estiż għal diversi lokalitjiet oħra madwar Malta. Dan is-servizz diga’ kien ta’ suċċess kbir fil-lokalità tal-Mellieħa.

Ir-rata medja fil-pajjiżi Ewropej hija ta’ 59 każ ta’ kriminalita’ għal kull elf persuna – skont ir-rapport tal-Professur Formosa, f’Malta jsehhu 31 reat għal kull elf persuna.Fil-konferenza…li ixxandret fuq l-internet sabiex jigu osservati r-regoli tad-distanzi….intqal illi l-Korp ghandu jibda jinvolvi aktar lill-Kunsilli Lokali sabiex ikun hemm aktar għarfien fost il-pubbliku.