Internazzjonali

Il-Covid-19 fir-Renju Unit: Strateġija f’waqtha mis-supermarkets b’risq il-vulnerabbli

Is-supermarkets fir-Renju Unit se jużaw database tal-Gvern  li hu dedikat lil 1.5 miljun xerrejja li jinsabu vulnerabbli fil-kriżi tal-coronavirus biex jagħtuhom il-priorità fejn jidħlu deliveries ta’ ikel u affaraijiet bażiċi oħra.

L-entitajiet Sainsbury’s u Waitrose se jibdew jikkuntattjaw (b’messaġġi) lin-nies ta’ fuq il-lista mill-ġimgħa d-dieħla biex jinfurmawhom dwar ‘is-sistema l-ġdida’. Dan fost tħassib li l-aktar persuni f’periklu mill-coronavirus se joħorġu biex jixtru mill-ħwienet minħabba nuqqas ta’ online shopping slots.

Fl-istess ħin, il-membri ta’ familji li huma esposti sew għall-coronaviruys qalu li qed isibuha diffiċli biex jingħataw priorità għall-affarijiet li jeħtieġu bil-mezzi online inkella fil-ħwienet proprja.