Coronavirus Lokali

“Il-Gvern ma jistax iwieżen lil kull ħaddiem” – Robert Abela

Sfortunatament, minkejja d-diversi appelli li saru u l-pakketti ġenerużi u agressivi li ħareġ il-Prim Ministru, Robert Abela stess ammetta li waqt il-kriżi tal-Coronavirus, mhux kull ċittadin Malti u Għawdxi se jkun qed jingħata għajnuna finanzjarja mistħoqqa.

Robert Abela ddikjara dan waqt laqgħa li kellu mal-MDA u r-Real Estate Agencies, fejn qal li wara l-kriżi medika li ninsabu fiha se tkun l-industrija tal-kostruzzjoni li toħroġ lill-pajjiż mid-deficit li daħal fih.

Dan id-deficit isemma minn Sandru Chetcuti, il-President tal-MDA. Chetcuti saħaq li anke l-industrija tal-kostruzzjoni ħasset id-daqqa tal-COVID-19.

Waqt din il-laqgħa f’Kastilja, tkellem ukoll Dauglas Salt f’isem l-Estate Agencies li ddikjara li mal-2,500 ħaddiem f’din l-industrija bħalissa jinsab prattikament mingħajr ebda dħul.

Din il-laqgħa saret hekk kif f’pajjiżna numru kbir ta’ kumpaniji u individwi għadhom ma gwadanjaw xejn mill-pakketti mħabbra mill-Gvern.