Lokali

Messaġġi konflinġenti bejn Robert Abela u Chris Fearne

“Mhux lockdown. Mhux qed insakkru lil ħadd fid-djar. M’hemmx multi. Jekk trid l-ikel, tista’ toħroġ.”

Dan hu l-messaġġ li wassal illum il-Prim Ministru Robert Abela illejla meta kien intervistat fuq ix-Xandir Nazzjonali, b’kunrast enormi ma’ dak li qal fil-ġurnata ta’ qabel il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne.

Il-Ħamis, Chris Fearne kien ċar: “Inħeġġu b’mod li hija liġi, biex joqgħodu fid-djar tagħhom”. Illum, Abela qal kważi l-oppost. Ċioe’, li tista’ toħroġ mid-dar għax-xiri, għall-mediċini, etc.

Kliem kunflinġenti anke fid-diskors stess tal-Prim Ministru innifsu: filli jgħid li ma rridux nillaxkaw u filli jenfasizza l-fatt li n-nies jistgħu joħorġu u mhux qed jissakru fi djarhom.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.