Lokali Qorti

Raġel jitlef rimedju kostituzzjonali wara li naqas li jattendi għas-sentenza tiegħu

Raġel li naqas milli jattendi l-Qorti meta kien se jinqara l-eżitu tal-appell tal-każ tiegħu fuq kundanna dwar traffikar tad-droga, tilef rimedju kostituzzjonali. Michael Portelli kien ġie kundannat 23-xahar ħabs u mmultat €2,200 f’Lulju tal-2017 wara li ammetta reati dwar traffikar ta’ droga, u dan fi stadju bikri tal-proċeduri.

Huwa kien appella mis-sentenza minħabba li ħass li l-piena kienet waħda eċċessiva. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet injorat il-fatt li l-Prosekuzzjoni kienet irrikonoxxiet il-fatt li Portelli kien ittraffika d-droga biex jissodisfa l-vizzju tiegħu. Il-Prosekuzzjoni kienet ukoll qablet li fiċ-ċirkostanzi huwa jingħata terminu ta’ 15-il xahar ħabs, qal Portelli fl-appell tiegħu.

Dawn iċ-ċirkostanzi kienu diskussi quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali, meta ż-żewġ partijiet għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom dwar il-każ u b’mod “informali” ġiet diskussa l-possibilità ta’ riduzzjoni tal-piena.

Fl-aħħar tas-smiegħ f’Diċembru tal-2017, il-Qorti kienet iffissat il-ġurnata tas-sentenza, fejn ingħad li din kienet tħalliet għat-28 ta’ Mejju, 2018. Madankollu, Portelli ma kienx semgħa d-data meta kienetm ġiet iffissata fil-Qorti, u l-Avukat tiegħu qallu li kien se jikkomunika d-data fi stadju ulerjuri.

Portelli kien ċempel lill-avukat tiegħu u dan qallu li s-sentenza kien għad baqala ħafna. Wara huwa ma rċieva l-ebda kommunikazzjoni mill-Qorti. Huwa naqas li jkun preżenti fil-Qorti għat-28 ta’ Mejju, fejn argumenta li ma kellu l-ebda idea meta s-sentenza kienet se tingħata.

Skond il-linji gwida dwar il-proviżjoni tal-Liġi, l-Qorti tal-Appell Kriminali, preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, ddikjara bħala l-kawża “abbandunata” li jfisser li t-terminu tat-23 xahar ħabs hija finali u effettiva.

Fil-fatt, ftit tal-ġimgħat wara, Portelli, li kien bil-libertà proviżorja, reġa’ ġie arrestat biex iservin t-terminu tiegħu fil-ħabs. Meta kellem lill-avukat tiegħu, huwa kien infurmat li s-smigħ fl-appell kien ilu li sae tliet ġimgħat.

Għaldaqstant Portelli beda proċeduri Kostituzzjonali fejn talba li d-dritt ta’ smigħ xieraq kien ġie mittiefes minħabba li l-Qoti tal-Maġistrati njorat il-ftehim ta’ patteġġament li kien sar bejn id-difiża u l-Prosekuzzjoni u li dawn kien waslu għall-perjodu ta’ 15-il xahar ħabs.

Madankollu l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha bħala Qorti Kostituzzjonali, saħqet li kien f’idejn il-Qrati Kriminali li jiddeċidu fuq il-ħtija jew le tal-akkużat. L-ebda ftehim bejn il-partijiet ma jista’ jissostitwixxu ‘sentenza definittiva’ qalet l-Imħallef Miriam Hayman, li kienet qed tippresiedi l-Qorti Kostituzzjonali.

“Hija biss il-Qorti waħedha li tiddeċiedi jekk il-ftehim bejn il-partijiet huwiex wieħed aċċettabbli u jekk l-ammissjoni u l-piena miftehma bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża hijiex ġusta u aċċettabbli”, qalet il-Qorti.

Ma kien hemm xejn fir-records li jindikaw li kien sar xi forma ta’ ftehim, minkejja l-attentati repetuti ta’ patteġġjament, qalet il-Qorti. Dwar l-argument tal-akkużat li huwa falla s-smigħ tal-appell mhux tort tiegħu, l-Qorti qalet li ħames xhur kienu aktar minn biżżejjed biex huwa jiċċekkja d-data.

Mhux biss huwa messu qagħad attent meta kienet ġiet assenjata d-data tal-ġudizzju, iżda huwa seta’ talab għall-kjarifikazzjoni dak il-ħin, minflok joqgħod fuq l-avukat tiegħu biex jagħtih l-informazzjoni, jew joqgħod jistenna xi forma ta’ notifikazzjoni mill-Qorti, qalet l-Imħallef.

Peress li Portelli kien bil-libertà proviżorja dak iż-żmien, ma kien hemm xejn li jwaqqfu milli jsegwi l-informazzjoni neċċessarja, biex jieħu ħsieb l-affarijiet personali tiegħu. Kien biss fl-interess tiegħu li jagħmel dan, u għandu jagħti tort lilu nnifsu għar-riperkussjonijiet li ġew wara, qalet il-Qorti li ċaħditlu t-talba tiegħu li d-drittijiet tiegħu ġew mittiefsa.