Futbol Sport

Abdelhak Nouri lura d-dar wara li kien tah attakk f’qalbu

(Ritratt: EPA)

Il-plejer ta’ Ajax, Abdelhak Nouri ħareġ mill-isptar wara 32 xahar u jinsab id-dar jikkomunika mal-familja tiegħu wara li fl-2017 kien tah attakk tal-qalb waqt partita ta’ ħbiberija u kawża ta’ dan sofra brain damage.

L-Olandiż ta’ 22 sena kien f’coma artifiċjali minn dakinhar u issa skond ħuh jinsab id-dar u jista’ jorqod u jiekol iżda jiddependi mill-qraba tiegħu biex jagħmel ċertu movimenti. Nouri ilu juri kambjament sa mis-sajf li għadda meta f’okkażjoni minnhom sieħbu l-eks plejer ta’ Ajax mar jarah fl-isptar li kien rikoverat u rnexxielu juri sinjali ta’ komunikazzjoni.