Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: 832 mejta f’24 siegħa fi Spanja

F’24 siegħa l-ammont ta’ fatalitajiet fi Spanja laħqu l-ammont ta’ 832 sabiex issa l-ammont kumplessiv laħħaq il-5,690, t-tieni l-ogħla rata ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus fid-dinja.

Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ġimgħa ġew rreġistrati 8,189 każ ġdid pożittiv ta’ COVID-19 sabiex issa t-total huwa dak ta’ 72,248 – bl-ammont globali huwa dak ta’ 613,829.

Din iż-żieda qawwija ta’ mwiet u każijiet fi Spanja kawża tal-pandemija waslet wara li l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel irringrazzjat liċ-ċittadini Ġermaniżi talli qed iżommu mad-direttivi tal-lockdown.

In-numru ta’ każijiet fil-Ġermanja komplew jiżdiedu għal total ta’ aktar minn 53,000 każ filwaqt li ġie spjegat li l-lockdown imħabbar ser ċertament jissokta sal-20 ta’ April.

Angela Merkel preżentament tinsab taħt kwarantina mandatorja wara li tabib li laqqama b’vaċċin ittestja pożittiv għal Covid-19.