Coronavirus Internazzjonali

Covid-19: Fl-Italja l-vittmi jiżbqu l-10,000

Komplew jiżdiedu l-każi ġodda ta’ Coronavirus fl-Italja wara li fl-aħħar 24 siegħa l-każi pożittivi ġodda żiedu bi 3,651 għal total ta’ 92,472.

Dan filwaqt li tul l-aħħar 24 siegħa fiequ total ta’ 1,434 persuna li jammontaw għal 12,384.

Madanakollu sfortunatament tilfu ħajjithom 889 persuna sabiex issa t-total ta’ fatalitajiet fil-pajjiż ġar tagħna qed ilaħħaq l-10,023 persuna.