Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: Id-dinja daħlet f’riċessjoni

Bl-Ewropa tħabbat wiċċha ma’ kriżi liema bħala li ġab fuqha l-Coronavirus, l-esperti huma xettiċi li fi tmiem din il-ġimgħa ser inħabtu wiċċna mal-peak tal-virus.

Bi Spanja tirreġistra ‘il fuq minn 800 fatalità f’inqas minn 24 siegħa li l-Italja kważi laħqet l-1,000 mewta f’jum wieħed biss, il-Fond Monetarju Internazzjonali kkonferma li l-ekonomija dinjija ħadet diksata kbira u spiċċat f’riċessjoni storika.

F’24 siegħa l-ammont ta’ fatalitajiet fi Spanja laħqu l-ammont ta’ 832 sabiex issa l-ammont kumplessiv laħħaq il-5,690, t-tieni l-ogħla rata ta’ mwiet kawża tal-Coronavirus fid-dinja.

Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ġimgħa ġew rreġistrati 8,189 każ ġdid pożittiv ta’ COVID-19 sabiex issa t-total huwa dak ta’ 72,248 – bl-ammont globali huwa dak ta’ 613,829.

Fir-Renju Unit tħabbru 260 fatalità ġdida fl-aħħar 24 siegħa sabiex issa l-imwiet telgħu għal 1,019 – bil-vittmi jvarjaw minn 33 sa 100 sena. Fost il-każi l-mmarkaw pożittivi għal COVID-19 fir-Renju Unit hemm il-Prinċepp Charles u l-Prim Ministru Boris Johnson.

S’issa ġew kkonfermati aktar minn 600,000 każ pożittiv ta’ Covid-19 – bl-esperti jgħidu li hemm ferm aktar madwar id-dinja li ma nafux bihom.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte sostna li l-Unjoni Ewropea għandha tmidd idejha b’mod mill-aktar serju l-għaliex b’din ir-rata l-istati membri ser ikunu qed jitilfu r-raġuni. L-appell ta’ għajnuna finanzjarja akbar mill-Italja qed tiġi sostnuta minn Franza u Spanja madanakollu l-Ġermanja u l-Olanda qed jirrifjutaw li jpoġġu aktar fondi fil-pool ta’ flus.

Intant, tul il-jum tas-Sibt, fil-Belġju tilfu ħajjithom kawża tal-Coronavirus 353 persuna filwaqt li fil-Lussemburgu l-ammont kien dak ta’ 15.

Smaller Belgium and Luxembourg also saw a steep climb in deaths, with 353 recorded in the former on Saturday — up from 289 the day before — and 15 in the grand duchy, up from nine.

Dan filwaqt li l-Istati Uniti huwa l-aktar pajjiż li rreġistra każijiet b’aktar minn 104,000 każ – madanakollu per capita, l-Ewropa għandhom ferm aktar każijiet mill-Amerikani. Il-President Donald Trump ħabbar pakkett t’għajnuna finanzjarja li jlaħħaq $2 triljun wara li aktar minn 3 miljun persuna spiċċaw bla xogħol. Dan filwaqt li obbliga lil General Motors sabiex joħolqu ‘il fuq minn 40,000 ventilator tant bżonnjużi għall-pazjenti morda bil-COVID-19.

Fl-Iran tħabbru mal-139 fatalità f’24 siegħa filwaqt li l-Indja xeħtu f’lockdown numru ta’ zoni u villaggi. Sitwazzjoni mill-aktar prekarja wkoll fl-Afrika t’Isfel bil-pulizija jisparaw bulletts tal-lakstu fuq il-pubblika sabiex jassiguraw li qed tinżamm social distancing fil-kjuwiet tas-supermarkets.

Intant, il-belt Ċiniża ta’ Wuhan, fejn allegatament oriġina dan il-virus, infetħet parzjalment wara li miljuni ta’ residenti ta’ din il-belt kienu ilhom taħt lockdown minn Jannar.