Coronavirus Sport

Deċiżjoni diffiċli dwar min se jġorr il-piż finanzjarju kawża tal-posponiment tal-Olimpjadi

(Ritratt:EPA)

Il-President tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi ta’ Tokjo, Yoshiro Mori qal lill-federazzjonijiet internazzjonali li se tkun ta’ sfida kbira biex tittieħed id-deċiżjoni dwar kif se tintrefgħa r-reponsabbiltà finanzjarja wara li l-Olimpjadi ġew posposti għall-2021 minħabba l-coronavirus.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara numru ta’ konsiderazzjonijiet u fid-dawl tal-firxa tal-coronavirus. Il-Ġappun investa €10 biljuni biex jospitá l-Olimpjadi li kienu pjanati li jsiru bejn l-24 ta’ Lulju u d-9 ta’ Awwissu. F’ittra indirizzata lill-federazzjonijiet internazzjonali kollha Mori qal li l-ispiża żejda ikkawżata mill-posponiment tal-Olimpjadi hija inevitabbli u d-deċiżjoni dwar minn se jerfa’ l-piż ta’ din l-isfida se tkun diffiċli li tittieħed.

Il-kumitat organizzattiv tal-Olimpjadi ħoloq taskforce biex issolvi problemi li setgħu nħolqu minħabba l-posponiment tal-Olimpjadi. L-Olimpjadi huma wieħed mill-avvenimenti li ġew posposti minħabba l-coronavirus.