Formula 1 Sport

It-timijiet tal-Formula 1 b’diskussjonijiet kontinwi biex jiġi propost ‘Super Season’

(Ritratt: EPA)

Skond l-uffiċjal tal-Ferrari, Mattia Binotto, it-timijiet tal-Formula 1 jinsabu f’diskussjonijiet kontinwi biex jiġi propost ‘super season’ li jibqa’ għaddej sa Jannar li ġej, fejn is-Sibt filogħdu jsiru il-provi liberi u waranofinhar isiru il-provi uffiċjali filwaqt li l-Ħadd issir it-tellieqa.

F’kummenti mal-midja Taljana Binotto qal li t-timijiet jinsabu f’diskussjonijiet kontinwi li qegħdin jitqiesu bħala kruċjali. Binotto żied li t-timijiet qegħdin iħallu fil-libertà lill-FIA u lis-CEO tal-Formula 1 biex jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kalendarju tal-Formula 1. Iktar kmieni din il-ġimgħa is-CEO tal-Formula 1 Chase Carey, qalet li l-kampjonat xorta waħda jista’ jsir kollu dan l-istaġun. Sa issa ġew posposti sitt Grand Prix filwaqt li dak tal-Awstralja u ta’ Monaco ġew ikkanċellati.