Coronavirus Futbol Sport

Dybala beda jirkupra mill-coronavirus

(Ritratt:EPA)

L-attakkant ta’ Juventus, Paolo Dybala reġa’ beda jitħarreġ hekk kif jinsab jirkupra mill-coronavirus, li ħallieh għal xi jiem ibagħti biex jieħu n-nifs. Dybala huwa wieħed mit-tliet plejers ta’ Juventus li fl-aħħar ġranet ittestjaw pożittiv għall-coronavirus. F’kummenti mal-istazzjoni televiżiv ta’ Juventus, Dybala qal li jinsab ħafna aħjar wara li kellu sintomi b’saħħithom tal-virus.

“Inħossni ħafna aħjar, mingħajr l-ebda sintomi, nista’ niċċaqlaq u nerġa nibda nitħarreġ. Fl-aħħar jiem is-sintomi kienu b’saħħithom u kont inħossni ma niflaħx ħafna minħabba li ma stajtx nieħu nifs sew.” Il-futbol madwar id-dinja jinsab sospiż minħabba l-coronavirus, bis-Serie A ilu sospiż sa mid-9 ta’ Marzu.