Coronavirus Futbol Sport

Hemm tliet modi kif il-kampjonati jistgħu jkomplu wara l-coronavirus – Aleksander Ceferin, President

(Ritratt: EPA)

F’intervistà ma’ ġurnal Taljan, il-President tal-UEFA, Aleksander Ceferin qal li hemm tliet modi ta’ kif il-kampjonati jistgħu jintemmu wara li tgħaddi l-imxija tal-coronavirus.

Ceferin qal li minħabba li ma nafux meta dan il-virus se jintemm, il-UEFA ma tistax tagħmel pjan dwar kif il-kampjonati jintemmu. B’hekk il-UEFA qed timxi fuq l-ipoteżi li l-kampjonati jitkomplew bejn Mejju u Ġunju, jekk dan ma’ jseħħx u l-kampjonati jkollhom jinbdew iżjed tard il-probabilità tkun li l-kampjonati jiġu kkanċellati. Il-President tal-UEFA semma wkoll il-possibilità li saħansitra l-kampjonati jitkomplew fis-sajf u l-kampjonati 2020-2021 jinbdew iżjed tard mis-soltu.

Mistoqsi dwar il-posponiment tal-Kampjonat Ewropew, Ceferin wieġeb li l-futbol jiġi affetwat minn kull sitwazzjoni li tkun għaddejja. Aleksander Ceferin temm il-kummenti tiegħu billi qal li hija diffiċli li jimmaġina l-partiti kollha jintlagħbu bil-bibien magħluqa iżda jekk b’din id-deċiżjoni l-kampjonati jintemmu xorta waħda isir hekk.