Lokali

Il-lejla naqilbu għall-ħin tas-Sajf

Fis-2.00am pajjiżna jaqleb għall-ħin tas-sajf billi nressqu l-arloġġi tagħna siegħa ‘l quddiem. Dan itina siegħa aktar ta’ dawl għas-seba’ xhur li ġejjin.

Fil-25 t’Ottubru nerġgħu indawru l-arloġġ għall-ħin tax-Xitwa billi nressqu l-arloġġi siegħa lura.

L-ewwel darba li aħna l-Maltin qlibna s-siegħa kien fl-1916, iżda f’dawn l-aħħar 104 snin, mhux kull sena osservajna din l-użanza. Filfatt sa mill-1916 ‘l hawn il-Maltin qalbu s-siegħa total ta’ 69 darba, b’din is-sena inkluża.

Mhux il-pajjizi kollha madwar id-dinja jaqilbu s-siegħa, bil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fl-Ażja u fl-Afrika u l-maġġorparti tal-Awstralja ma josservawx din id-drawwa.

Madankollu l-biċċa l-kbira tal-Amerka u l-Ewropa jbiddlu għall-ħin tas-sajf.