Coronavirus Futbol Sport

Il-plejers u l-kowċis ta’ Juventus jaqblu li jnaqqsu l-pagi tagħhom minħabba l-impatt negattiv fuq il-futbol tal-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Juventus laħqu ftehim mal-plejers u l-kowċis tagħhom biex jkollhom tnaqqis fil-pagi tagħhom sa tmiem l-istaġun li jammontaw għal €90 miljun.

It-tim minn Turin qal li l-plejers se jkollhom l-istess tnaqqis fil-pagi tagħhom għax-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u Ġunju, biċ-champions Taljani mistennija jilħqu ftehim uffiċjali fil-ġimgħat li ġejjin. Sa issa Juventus kellhom tliet plejers li ttestjaw pożittiv għall-coronavirus. L- Italja sa issa kienet l-iktar pajjiż milqut mill-coronavirus fl-Ewropa.