Lokali

Ippubblikat l-avviż legali li għaldarboħra qed ikompli jħawwad in-nies

Fl-aħħar ħin ġie ppubblikat l-avviż legali marbut ma’ miżuri ġodda li kien ħabbar l-ewwel darba l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne nhar il-Ħamis.

Iżda milli jidher dan l-avviż legali ma solva xejn mit-taħwid li nħoloq wara d-diskors tal-bieraħ tal-Prim Ministru. Dan għaliex filwaqt li fit-tieni paragrafu dan l-avviż legali jordna lill-persuni ta’ 65 sena u ‘l fuq u dawk vulnerabbli minħabba kundizzjonijiet mediċi differenti jibqgħu f’lockdown f’darhom, bil-kliem użatu jkunu segregated in their residences, fit-tielet paragrafu jeżenta lill-istess persuni f’każ li jkollhom mhux biss appuntamenti mediċi jew trattamenti l-isptar, jew biex jixtru l-mediċini, imma anke biex jixtru l-ikel, u affarijiet oħra essenzjali, u biex jagħmlu qadi ieħor jew għal bżonnijiet urġenti.

L-ewwel parti tal-avviż legali tordna lockdown tal-anjani u l-vulnerabbli
Aktar l-isfel l-istess avviż legali jeżentahom f’ħafna każi
Kopja tal-ittra li qed jiċievu l-anzjani u l-persuni vulnerabbli

Intant dan l-avviż legali ħalla għal kollox lil dawk il-persuni li jgħixu fl-istess dar mal-persuni vulnerabbli.

Jidher li minkejja li dan l-avviż legali prova jgħaqqad flimkien id-diskorsi li għamlu l-Ministru tas-Saħħa l-Ħamis u dak tal-Prim Ministru tal-Ġimgħa, dak li filfatt għamel hu li ħalla lil dawn il-persuni l-aktar vulnerabbli liberi biex joħorġu u jagħmlu l-qadi kollu li għandhom bżonn mingħajr wisq restirzzjonijiet, bil-biża li jpoġġu lilhom infushom f’risku bla bżonn.