“Il-pożizzjoni tagħna kienet ċara mill-bidu nett. Irridu nisimgħu minn dak li jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa”.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq fuq dan waqt li kien mistieden fuq l-aħbarijiet ta’ TVM illejla.
Adrian Delia kien qed jitkellem dwar il-pożizzjoni li qed tittieħed mill-Gvern fiċ-ċirkostanzi preżenti fejn il-Gvern aktar kmieni llum ippubblika avviż legali dwar persuni vulnerabbli u dawk minn 65 sena ‘l fuq.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li sa ftit sigħat qabel ma ħareġ dan l-avviż legali kien hemm direzzjoni ċara ħafna mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u mill-Ministru tas-Saħħa, jiġifieri li l-anzjani u dawk b’mard jew kundizzjonijiet li jpoġġuhom f’qagħda aktar vulnerabbli għandhom jiqgġu ġo djarhom.
Adrian Delia qal li iżda fi ftit sigħat wara li spjegajna lill-anzjani tagħhna kemm hi importanti li dawn jibqgħu id-dar, il-Prim Ministrs ħareġ jinsisti li dan mhux lockdown.
Huwa tenna li Importanti li nisimgħu dak li qed jgħidu s-Supretendenti tas-Saħħa Pubblika u dak li qal il-Ministru tas-Saħħa sa ftit tal jiem ilu. Dikjarazzjonijiet ċari li dawn in -nies għandhom joħorġu BISS f’każi li verament ma jistax isir mod ieħor.
Adrian Delia fakkar kif il-Ministru tas-Saħħa diġà qal li qed nagħmlu l-mirakli fiċ-ċirkostanzi, u huwa importanti li issa ma jiġrilnix bħal pajjiżi oħra fejn dan il-virus infirex bħan nar.
Huwa qal li din mhux kwestjonji ta’ kliem, imma kwestjoni ta’ kif se nagħmlu dak kollu li jeħtieġ biex nissalvagwardjaw is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin.
Mistoqsi x’jaħseb dwar il-leave tal-kwarantina għal dawk li jgħixu ma’ dawn il-persuni vulnerabbli, Adrian Delia qal li jekk ikun hemm il-ħtieġa ta’ lockdown anke għal dawn il-persuni, dan għandu jagħmel tajjeb għalih il-Gvern.
//= $special ?>